Copyright  2009 © stiefnu.com. |  Privacy Policy |   Photographs 2009
600 bicca ta' l-Arti ghall-isptar Mater Dei

Id-data ta' l-ewwel ta' Lulju 2007 se tkun il-bidu ta' era gdida fl-ghoti tas-servizzi tal-kura tas-sahha f'pajjizna. Il-poplu Malti jixraqlu l-aqwa u l-ahjar u l-Isptar Mater Dei hu investiment ghaqli fil-kura tas-sahha tal-familji Maltin u Ghawdxin.

Tonio Fenech, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, qal dan waqt l-iffirmar tal-kuntratt bejn il-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici (FMS) u l-MCAST ghal madwar 600 bicca ta' l-arti ghall-Isptar Mater Dei li qed isiru mill-istudenti u ghalliema tal-MCAST. Il-kuntratt kien iffirmat waqt konferenza ta' l-ahbarijiet fir-reception area ta' l-Isptar il-gdid.

Is-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech fakkar li ftit xhur ilu s-servizz tal-kura medika li jinghata f'pajjizna kien klassifikat fil-hames post minn fost il-pajjizi kollha mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO). Spjega li s-servizz moghti mill-professjonisti fl-Isptar San Luqa, fi sptarijiet ohra u fic-centri tas-sahha hu ta' livell gholi hafna izda hemm nuqqasijiet fl-ambjent generali ta' l-isptar u fis-servizzi ancillari. Hu qal li l-Isptar Mater Dei se jfisser qabza fil-kwalitˆ u t-teknologija ta' l-oghla livell u l-ambjent ta' l-isptar il-gdid se jghinu lill-professjonisti jkomplu jtejbu s-servizz li jaghtu.

Tonio Fenech spjega li l-uzu ta' l-arti jghin biex isebbah l-ambjent kif ukoll iservi bhala terapija ghal fejqan tal-pazjent.L-arti se tkun integrata wkoll fl-identifikazzjoni ta' taqsimiet differenti fl-Isptar Mater Dei u l-vizitaturi se jkunu jistghu jidentifikaw is-swali permezz tal-kuluri li nghataw lil kull blokk u kull sular. Fl-Isptar Mater Dei se jkun hemm arti mahduma mit-tfal, rapprezentazzjoni artistika tat-tema ewlenija Madonna and Child u l-arti mahduma mill-istudenti tal-MCAST.

back